Monday, May 13, 2024

Illum tibda r-raba’ edizzjoni ta’ “Mużika Mużika”

Aqra wkoll

Illum jitla’ s-saparju fuq ir-raba’ edizzjoni tal-akbar festival iddedikat lill-mużika Maltija “Mużika Mużika”.

Din l-edizzjoni bħas-snin li għaddew tibqa’ għaddejja sa nhar is-Sibt li ġej meta jkun hemm il-finali. Il-festival hu magħruf sew għal-livell għoli ħafna ta’ kanzunetti bil-Maltin. Din is-sena wkoll se jkun hemm 20 kanzunetta oriġinali li kollha jinstemew għall-ewwel darba llejla.

Imbgħad għada l-Ġimgħa ssir is-serata magħrufa bħala “Tal-Klassiċi” fejn il-kantanti kollha jkantaw diska tal-passat ma’ kantanti stabbiliti. Fl-aħħar tas-serata jitħabbru t-12-il finalit li imbgħad jerġgħu jkantaw l-għada s-Sibt fejn xi ħadd minnhom joħroġ rebbieħ.

Sport