Sunday, December 22, 2024

Illum tintlagħab il-finali tal-UEFA Conference League

Aqra wkoll

Illum tintlagħab it-tielet edizzjoni tal-UEFA Conference League liema finali se tintlagħab bejn Fio­rentina u Olympiakos, fl-AEK Arena f’Ateni, fil-Greċja. 

Din hija t-tieni finali ta’ Fiorentina f’din il-kompetizzjoni hekk kif fl-istaġun li għadda huma sfaw megħluba minn West Ham bl-iskor ta’ 2-1. 

Għaldaqstant, taħt it-tmexxija tal-coach, Vincenzo Italiano, jimmiraw li jpattu għal dan id-diżappunt biex isiru wkoll it-tieni team Taljan li rebaħ din il-kompetizzjoni wara li Roma kienu rebħuha proprju fl-ewwel edizzjoni.

Iżda minkejja li se jibdew favoriti huma jridu jkunu fl-aqwa tagħhom biex jegħlbu l-isfida tat-team Grieg.

Min-naħa l-oħra, logħob offensiv, veloċità u ħiliet tekniċi huma kollha  l-ingredjenti karatteristiċi ta’ Fio­ren­­tina.

Olympiakos kellhom staġun kumplikat li kien jinkludi tliet bidliet ta’ coaches biex fallew milli jirb­ħu t-48 kampjonat fl-istorja. 

Iżda minkejja staġun turbulenti, kienu kapaċi jaslu sal-finali ta’ din il-kompetizzjoni … għall-ewwel finali Ewropea tagħhom. 

Huma se jitqiesu li se jilagħbu f’darhom minkejja li l-finali se tintlagħab għand ir-rivali eterni, AEK Athens. 

U jekk jirbħu, is-sodisfazzjon ikun doppju – l-ewwel għax isiru l-ewwel team Grieg li rebaħ wieħed mill-aktar unuri prestġjużi fl-Ewropa … kif ukoll għax jgħollu t-trofew għand l-avversarji tagħhom.

Biex waslu sal-finali, Fiorentina reb­ħu Grupp F li kien jinkludi wkoll lil Ferencvaros (2), Genk (3) u Cukaricki (4). 

Fir-round tal-Aħħar 16 għelbu lil Maccabi Haifa b’aggregate ta’ 5-4 (4-3, 11); lil Viktoria Plzen fil-kwarti-finali b’aggregate ta’ 2-0 (0-0, 2-0) u lil Club Brugge fis-semi-finali b’aggregate ta’ 4-3 (3-2, 1-1).

Min-naħa ta’ Olympiakos, dawn ġew relegati f’din il-kompetizzjoni wara li spiċċaw fit-tielet post ta’ Grupp A tal-UEFA Europa League li kien jinkludi lil West Ham (1), Freiburg (2) u Backa Topola (4). 

Fir-round tal-Aħħar 32 għelbu lil Ferencvaros b’aggregate ta’ 2-0 (1-0, 1-0); lil Maccabi Tel Aviv fl-Aħħar 16 b’aggregate ta’ 7-5 (1-4, 6-1); lil Fenerbahce fil-kwarti-finali 3-2 bil- penalties wara aggregate ta’ 3-3 (3-2, 0-1) u lil Aston Villa fis-semi-finali b’aggregate ta’ 6-2 (4-2, 2-0).     

Se jkun hemm ukoll dwell interessanti bejn Lucas Beltran ta’ Fiorentina u Ayoub El Kaabi ta’ Olympiacos li huma l-aqwa skorers tat-timijiet rispettivi.

Fiorentina se jkollhom nieqes lil Riccardo Sottil li għandu injury fi spalltu filwaqt li Olympiakos se jinżlu bl-aqwa formazzjoni possibbli.

Dawn tal-aħħar tilfu sitta mill-aħ­ħar seba’ logħbiet tagħhom f’kom­­petizzjoni Ewropea kontra op­pożizzjoni Taljana, bl-eċċezzjoni tar-rebħa ta’ 3-1 f’darhom fuq Milan fil-fażi tal-gruppi tal-UEFA Europa League 2018-19; huma iżda, rebħu biss aktar logħbiet f’kompetizzjoni Ewropea ewlenija kontra avversarji Ingliżi (12) u Franċiżi (11) milli kontra t-Taljani (7).

Din hija l-ewwel finali ta’ Olympiakos minn kemm ilhom jippar­teċipaw fil-kompetizzjonijiet Ewrop, eżattament 64 sena u 259 jiem ilu meta, f’Settembru 1959, lagħbu kontra Milan (2-2) fit-Tazza Ewropea. 

Ekonomija

Sport