Wednesday, July 24, 2024

Euro 2024: Thibaut Courtois mhux inkluż fl-iskwadra Belġjana

Aqra wkoll

Il-goalkeeper ta’ Real Madrid, Thibaut Courtois, ma ġiex inkluż fl-iskwadra tal-Euro 2024 tal-Belġju li ġiet imħabbra lbieraħ minħabba li sofra minn bosta injuries matul dan l-istaġun.  

Courtois, 32 sena, sofra minn injury fil-ligament tal-cruciate, f’Awwissu, u mbagħad sofra injury fil-menisku, f’Marzu. Huwa għamel ir-ritorn tiegħu fil-bidu ta’ dan ix-xahar fejn lagħab erba’ partiti.

B’riżultat ta’ dan il-coach, Domenico Tedesco, innotifika lill-istess Courtois li ma kienx se jifforma parti mill-iskwadra minħabba li għamel kważi staġun sħiħ barra mill-azzjoni. 

Iżda huwa faħħar l-attitudni ta’ Courtois, billi qal:

“Kien onest ħafna miegħi. Hu jaf lil ġismu sew. Hija differenti li tilgħab erba’ partiti mil-logħbiet tal-Euros. 

“Nemmen li ma jinsabx lest biex jilgħab f’dan it-tournament. Fil-veritá, l-għażla tiegħi trid taqa’ fuq dawk li kel­lhom staġun tajjeb huma lest biex jirrappreżentaw lill-Belġju f’kull eventwalitá.”

L-iskwadra li sejjaħ Tedesco hija: 

Goalkeepers: Koen Casteels (Wolfsburg), Thomas Kaminski (Luton Town), Matz Sels (Nottingham Forest).

Difensuri: Timothy Castagne (Fulham), Maxim De Cuyper (Club Brugge), Zeno Debast (Anderlecht), Wout Faes (Leicester City), Thomas Meunier (Trabzonspor), Arthur Theate (Rennes), Jan Vertonghen (Anderlecht), Axel Witsel (Atletico Madrid).

Midfielders: Kevin De Bruyne (Manchester City), Orel Mangala (Lyon), Amadou Onana (Everton), Youri Tielemans (Aston Villa), Arthur Vermeeren (Atletico Madrid), Aster Vranckx (Wolfsburg).

Attakkanti: Johan Bakayoko (PSV Eindhoven), Yannick Carrasco (Al Shabab), Charles De Ketelaere (Atalanta), Jeremy Doku (Manchester City), Romelu Lukaku (Roma), Dodi Lukebakio (Sevilla), Lois Openda (RB Leipzig), Leandro Trossard (Arsenal).

Ekonomija

Sport