Tuesday, May 14, 2024

Illum tintlagħab il-finali tas-Super Cup bejn Hamrun S. u Birkirkara

Aqra wkoll

Illum tintlagħab is-37 edizzjoni tas-Super Cup li se tkun kontestata bejn iċ-champions Hamrun Spartans u r-rebbieħa tal-FA Trophy, Birkirkara … bir-rebbieħ se jkun qed jgħolli l-ewwel  unur tal-istaġun. 

Filwaqt li Hamrun Spartans rebħu dan l-unur ħames darbiet minn ħames finali, Birkirkara rebħuh seba’ darbiet minn 13-il tentattiv. 

Ta’ min jgħid li din il-finali kienet tintlagħab bejn it-tmiem jew il-bidu ta’ kull staġun, iżda mill-2016 ġiet riservata għax-xahar ta’ Diċembru. 

L-aktar team li rebaħ dan l-unur huwa Valletta … 13 minn 19-il finali. 

Intant, din se tkun l-ew­wel finali diretta bejn dawn iż-żewġ timijiet. Bla dubju, għandu jkun konfront mill-aktar interessanti. 

Dan minħabba li fl-aħħar konfront validu mill-BOV Kampjonat Premier, li ntlagħab fi tmiem il-ġimgħa li għadda, Birkirkara għelbu lil Hamrun Spartans bl-iskor ta’ 3-0 … biex temmewlhom ukoll is-sensiela pożittiva ta’ 23 partita mingħajr telfa. 

Il-goals tat-team Karkariż, li huwa mmexxi mill-assistant coach, Brian Chetcuti, wara r-riżenja ħabta u sabta ta’ Giovanni Tedesco, ġew skorjati minn Adailton Quei­roz de Jesus, auto-goal ta’ Emerson Marcelina u Ma­xuell Maia.

Filwaqt li b’din ir-rebħa l-Istripes inqalgħu min-naħa t’isfel tal-klassifika, din it- telfa ġabet magħha reazzjoni rabjuża fil-kamp Ħamruniż għal diversi raġunijiet. 

Filwaqt li l-iskor ta’ 3-0 huwa inaċċettabbli għall-kobor u l-potenzjal tal-iskwadra, l-Ispartans ċedew ukoll il-quċċata tal-klassifika li kienu qed jaqsmu ma’ Flo­riana biex dawn tal-aħħar issa huma leaders assoluti. 

Għaldaqstant, it-team immexxi mill-coach Taljan, Lu­ciano Zauri, jimmira għal tpattija sportiva biex inessi d-diżappunt ta’ nhar is-Sibt li għadda.

Peró, huma se jsibu team determinat li bħal donnu huwa l-uniku wieħed li kapaċi jesponi d-diffetti tal- Ħamruniżi.  Għaldaqstant se naraw partita miftuħa għal kull ri­żultat. 

Il-finali se tintlagħab fl-Istadium Nazzjonali fit-3pm. 

– Cristian Muscat

Hamrun Spartans mhux qed ikollhom staġun xi ftit partikolari hekk kif din it-telfa kixfet xi ftit id-diffikultajiet li qed isibu speċjalment fuq quddiem hekk kif it-tim qed jiddependi wisq mill-attakkant internazzjonali Malti Luke Montebello. Żgur li f’Jannar meta jerġa’ jiftaħ is-suq tat-trasferimenti tax-xitwa, huma se jagħmlu xi irtokki neċessarji biex jirranġaw din il-problema.

Fil-klassifika, Ħamrun jinsabu fit-tieni post b’20 punt minn disa’ logħbiet, tliet punti bogħod mil-leaders assoluti Floriana.

Min-naħa tagħhom, Birkirkara għandhom 13-il punt wara erba’ rebħiet, draw u erba’ telfiet. Żgur li r-rebħ ta’ dan it-trofew ikun ta’ motivazzjoni biex jkomplu s-sensiela pożittiva ta’ riżultati.

Kemm Luciano Zauri, kowċ ta’ Ħamrun kif ukoll Brian Chetcuti ta’ Birkirkara m’għandhomx problemi ta’ formazzjoni u mistennija jilagħbu bl-aqwa ħdax.

Il-logħba se tintlagħab fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali u tibda fit-3pm.

Fl-istaġun li għadda kienu Hibernians li rebħu s-Super Cup hekk kif fil-partita li ntlagħbet fil-Gozo Stadium, huma għelbu lil Floriana 5-4 wara l-għoti tal-penalties.

Sport