Thursday, December 26, 2024

Imħabbra l-iskwadra Ingliża għaż-żewġ logħbiet li jmiss tal-Euro 2024

Aqra wkoll

Il-coach tal-Ingilterra, Gareth Southgate, ħabbar l-iskwadra Ingliża għar-round ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2024 liema fażi finali se tintlagħab fil-Ġermanja.

L-Ingilterra se tilgħab żewġ partiti minn Grupp C – kontra Malta, fl-Istadium Nazzjo­nali, fis-16 ta’ Ġunju … u kontra l-Maċedonja,  f’Old Trafford, tlett ijiem wara. 

Bla dubju, hemm stennija kbira mill-partitarji Maltin għal din il-partita hekk kif se tkun is-sitt waħda bejn iż-żewġ pajjiżi, bil-ħamsa preċedenti kienu kollha rebħiet għall-Ingilterra. 

Tnejn minnhom kienu validi mill-Kampjonat Ewropew 1972, bir-rebħiet ikunu ta’ 1-0 u 5-0. It-tnejn l-oħra kienu mit-Tazza tad-Dinja 2018, fejn l-Ingliżi kienu ħarġu rebbieħa 2-0 u 4-0 u l-oħra kienet partita ta’ ħbiberija, f’Ġunju 2000, li huma rebħu bl-iskor ta’ 2-1

L-iskwadra Ingliż hija komposta minn:

Goalkeepers: Sam Johnstone (C. Pala­ce), Jordan Pickford (Everton), Aaron Ramsdale (Arsenal).

Difensuri: Trent Alexander-Arnold (Liverpool), Lewis Dunk (Brighton), Marc Guehi (C. Palace), Harry Maguire, Luke Shaw (Man Utd), Tyrone Mings (Aston Villa), John Stones, Kyle Walker (Man City), Kieran Trippier (Newcastle U.).

Midfielders: Jude Bellingham (Borussia D.), Eberechi Eze (C. Palace), Conor Gallagher (Chelsea), Jordan Henderson (Liverpool), Kalvin Phillips (Man City), Declan Rice (West Ham)

Attakkanti: Phil Foden, Jack Grealish (Man City), Harry Kane (Tottenham H.), James Maddison (Leicester C.),  Marcus Rashford (Man Utd), Bukayo Saka (Arsenal), Callum Wilson (Newcastle U.)

Ekonomija

Sport