Imħallef tordna li jittieħdu passi kontra Miroslava Milenovic

Aqra wkoll

F’sentenza mogħtija t-Tlieta filgħodu, l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera sabet li hemm provi biżżejjed biex Miroslava Milenovic titressaq il-Qorti fuq akkużi ta’ sperġur, li ħadet ġurament falz, li għamlet użu minn dokumenti foloz, li tat tagħrif falz lil awtorità pubblika kif ukoll għal reati oħra li jistgħu jirriżultaw mill-istħarriġ u l-investigazzjoni tal-Pulizija.

Waqt li sabet illi Milenovic ghamlet dan b’mod kontinwu l-Imħallef qalet li jekk tinstab ħatja għandu jkun hemm interdizzjoni tagħha mill-funzjonijiet pubblici. Fis-sentenza, l-Imhallef Scerri Herrera qalet illi Milenovic m’għandhiex iċ-ċertifikazzjoni neċessarja sabiex toffri s-servizzi ta’ accountant.

F’Ottubru 2019 Milenovic kienet inħatret bħala ‘forensic accountant’ fl-inkjesta Vitals mill-Magistrat Gabriella Vella. F’April 2024 imbagħad Milenovic innifisha kienet ħadet ġurament li bħala ‘forensic accountant’ illi kienet qdiet fedelment onestament u fl-aħjar abilità l-inkarigu tagħha fl-inkjesta Vitals.

Meta iżda f’Novembru 2024 fil-Qorti kienet mistoqsija jekk kellix degree fl-accounts, Milenovic kienet wieġbet li ma kellhiex. Kien irriżulta wkoll li lanqas kellha warrant anki jekk sabiex persuna tkun tista’ taħdem bħala accountant f’Malta jinħtieġ illi jkollok waħda. Fuq il-bażi ta’ din ix-xhieda fil-jiem ta’ wara, l-eks Prim Ministru Joseph Muscat kien talab li tinfetaħ investigazzjoni fil-konfront ta’ Milenovic. Kważi sena u nofs wara l-Korp tal-Pulizija kien wieġeb li ma hemmx bażi li fuqha għandha tkun investigata Milenovic.

F’rapport intern l-Ispettur Joe Mercieca kien kiteb li t-talba tal-eks Prim Ministru kienet biss stunt legali biex tiġbed l-attenzjoni tal-media u tikseb xi punti dwar il-kwistjoni tal-kredenzjali jew in-nuqqas tagħhom fir-rigward ta’ Milenovic. L-Ispettur kien kompla jiddeskrivi t-talba tal-eks Prim Ministru bħala fl-aħjar każ, eżaġerata wisq u fl-agħar każ, ereżija legali. L-Ispettur Mercieca kien qal li la darba lil Milenovic qabbduwha diversi Maġistrati, ma kienx hemm lok li wieħed imexxi.

Quddiem dawn ic-cirkostanzi l-eks Prim Ministru Joseph Muscat kien fetaħ kawża sabiex tkun riveduta d-deċiżjoni tal-Kummissarju tal-Pulizija li ma jipproċedix kontra Milenovic. Fil-proċeduri, iċ-Chairman tal-Accountancy Board Edgar Borg kien xehed illi sabiex persuna tkun tista’ tgħid li hija forensic accountant, fl-ewwel post trid tkun accountant. Is-Segretarju tal-Accountancy Board, Joseph Schembri Kamm min-naħa tiegħu kien xehed li Milenovic qatt ma kellha warrant ta’ accountant f’Malta u qatt ma appikat biex tingħata warrant. F’dawn il-proċeduri kienet anki ġiet ippreżentata korrispondenza fejn l-Accountancy Board kien qal lill-Ispettur Mercieca li Milenovic ma setgħetx taqdi l-funzjoni ta’ accountant f’Malta.

Fis-17 t’Awwissu iżda l-Magistrat Franco Agius ma kienx laqa it-talba ta’ Dr Muscat. L-eks Prim Ministru kien qal minnufih li kien se jappella, bis-sentenza tal-Imħallef Scerri Herrera tingħata t-Tlieta filgħodu.

Fis-sentenza tagħha, l-Imhallef qalet li mill-korrispondenza mal-accountancy board joħroġ bl-iktar mod car illi Milenovic ma kelliex ic-certifikazzjoni necessarja sabiex toffri s-servizzi ta’ accountant u I-Pulizija kienet taf dan ghaliex kienet fil-pussess ta’ din il-korrispondenza. L-Imhallef tirrimarka illi I-Pulizija għal raġuni jew oħra, minkejja l-konferma permezz ta’ din il-korrispondenza, naqset milli tinvestiga l-ksur jew le tal-Att dwar il-Professjoni tal-Accountancy min-naħa ta’ Milenovic.

L-Imħallef qalet li kien il-kompitu tal-Pulizija u ta’ ħadd iktar Ii tagħmel il-verifiki u l-istħarriġ neċessarju meta ġew allegati reati fil-konfront ta’ Milenvic. Kompliet li kien jispetta lill-Pulizija illi ma tistrihx jew aghar minn hekk li tagħmel assunzjonijiet bhal dawk li ddikjara I-lspettur Mercieca.

Irrimarkat ukoll dak li sejjhet bhala d-delungar illi kellha I-investigazzjoni fuq dan il-kaz minn naha tal-Pulizija meta t-talba ta’ Dr Muscat saret fit-13 ta’ Novembru 2024 u I-Pulizija bagħtet id-deċiżjoni tagħha fl-20 ta’ Marzu 2026 – sittax-il xahar wara. 

L-Imħallef Scerri Herrera ordnat li d-digriet tagħha jiġi notifikat lill-Kummissariu tal-Puliziia sabiex iigi żgurat illi f’ċirkostanzi simili ikun hemm aktar responsabbiltà u diliġenza min-naħa tal-Pulizija.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport