Tuesday, April 30, 2024

“Immodernizza, bla ħafna daqq ta’ trombi, is-Servizz Pubbliku”

L-eks Prim Ministru Joseph Muscat sellem lil Mario Cutajar

Aqra wkoll

L-eks Prim Ministru Joseph Muscat sellem lil Mario Cutajar li llum ħabbar li se jkun qed jirtira minn Kap tas-Servizz Pubbliku.

F’messaġġ fuq il-midja soċjali, Muscat qal li Cutajar kien persuna kruċjali biex il-Gvern jimplimenta l-miżuri li ngħataw il-mandat biex iwettqu.

“Immodernizza, bla ħafna daqq ta’ trombi, is-Servizz Pubbliku li tjieb bil-kbir taħt it-tmexxija tiegħu. Fittex li jiddiċentralizza u jara li s-sistemi jkunu hemm biex jgħinu u mhux ifixklu fit-twettiq,” qal Muscat.

Żied jgħid: “Fil-Kabinett, il-kelma tiegħu kienet mismugħa u stmata. Fuq kollox, kien ħabib ġenwin.”

Sport