Sunday, December 22, 2024

Immultat 150 ewro wara li nstab ħati ta’ ‘hate speech’ dwar Jason Micallef

Aqra wkoll

Raġel ġie mmultat 150 ewro wara li nstab ħati ta’ ‘hate speech’ fil-konfront ta’ Jason Micallef.

Fuq il-profil tiegħu tal-midja soċjali Micallef jikteb li fid-26 ta’ Frar, 2024 li ghadda kont dahhalt sensiela ta’ rapporti ghand il-Pulizija ta’ Malta, kontra persuni li kitbu sensiela ta’ kliem hazin, theddid, u nsulti fil-konfront tieghi, li kienu jammontaw ghal hate speech.”

Hu jgħid li wara li l-pulizija għamlet xogħlha u nvestigaw ir-rapport, illum tressaq l-ewwel każ. L-akkużat skuża ruħu fl-awla u min-naħa tiegħu Jason Micallef aċċetta dik l-iskuża.

“Dawn il-kummenti kienu dehru fuq pagni ta’ Repubblika u n-Nutar Robert Aquilina. Aktar minn dawn il-kazijiet ta’ Hate Speech estratti mis-siti socjali ta’ repubblika u n-Nutar Robert Aquilina mistennijin jitressqu l-Qorti fil-jiem li gejjin,” itemm jikteb Jason Micallef.

L-avukati Ishmael Psaila u Daniel Attard assistew lil Micallef.

Ekonomija

Sport