Sunday, December 29, 2024

Impenji internazzjonali għal Stephania Bonnici fl-International Beach Soccer Tirrenia 2024

Aqra wkoll

L-International Beach Soccer Tirrenia 2024 il-ġimgħa li għaddiet mhux biss irrappreżenta aktar progress u esperjenza fl-istadju internazzjonali għat-tim tal-Malta Beach Soccer iżda wkoll provda lill-uffiċjal lokali tal-Beach Soccer tal-FIFA, Stephania Bonnici, bl-opportunità li turi l-kwalitajiet tagħha fl-irrefjar u l-involviment f’ total ta’ 10 logħbiet tul din il-kompetizzjoni li saret f’Tirrenia, l-Italja.

It-tournament sar bejn it-3 u s-7 ta’ Lulju.

Stephania kienet inkarigata li tmexxi tliet logħbiet internazzjonali bħala t-tieni referee, inkluż il-partita akkanita bejn ir-rivali Baltiċi, l-Estonja u l-Litwanja.

Il-finali tat-tielet post rat lil Stephania tiġi fdata bħala timekeeper fil-konfront bejn ir-Rumanija u d-Danimarka, filwaqt li l-aħħar att ta’ din il-festa tal-Beach Soccer attraenti taħt ix-xemx tat-Toskana rat lil Stephania Bonnici tiġi inkarigata bir-rwol tar-raba’ referee hekk kif il-ġirien l-Italja u l-Iżvizzera ikkontestaw il-finali.

Dan kien tragward ieħor fil-karriera internazzjonali brillanti ta’ Stephania s’issa bħala referee tal-FIFA tal-Beach Soccer. Ta’ min wieħed ifakkar li lura fl-2022 kienet inħatret ukoll biex tirreffja fil-Beach Soccer Worldwide Euro Winners’ Cup Tournament.

Ekonomija

Sport