Sunday, December 22, 2024

Impjegat jammetti li ffrodaha €80,000

Aqra wkoll

Salvatore Giuseppe Massimo Pirrello ta’ 51 sena ammetta li ffroda €80,000 lill-kumpanija tal-assikurazzjoni li magħha kien jaħdem fid-dipartiment tal-accounts.

Pirello li hu Sqalli kien tressaq il-Qorti f’Novembru li għadda fejn kien ġie akkużat bi frodi u anke b’miżapproprjazzjoni ta’ eluf ta’ ewro.

Il-prosekuzzjoni qalet li waqt l-investigazzjonijiet kien ġie stabbilit li l-akkużat kien ibiddel in-numru tal-IBAN u l-flus mingħand imorru fil-kontijiet tal-kumpaini li suppost kellhom jirċievu l-flus kien jmorru f’kontijiet oħrajn anke barra mill-pajjiż.

Quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima intqal li b’kollox hu ttrasferixxa mat-€80,000 li €28,000 minnhom kienu rritornati mill-bank minħabba li kellu suspett f’dawn it-tranżazzjonijiet, mal-€25,000 oħra rritornahom l-akkużat innifsu minn jeddu u €6,000 ġew miċħuda u ntbagħtu lura.

Il-Qorti wara li semgħet lill-akkużat jammetti, sabitu ħati u kkundannatu sentejn ħabs sospiża għal 3 snin kif ukoll multa ta’€2,500 waqt li ordnatlu biex fi żmien 6 xhur iħallas lill-kumpanija l-€10,792 li baqalu jagħtiha.

Il-prosekuzzjon tmexxiet mill-Avukati Andreas Vella u Yvette Borg Cardona mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, u mill-Ispettur Wayne Rodney Borg filwaqt li għall-akkużat deher l-Avukat Joseph Bonnici.

Ekonomija

Sport