Wednesday, July 24, 2024

Il-maġġoranza tas-suwiċidji fl-aħħar 11-il sena saru mill-irġiel

Aqra wkoll

Informazzjoni li ġiet ippreżentata fil-Parlament ilbieraħ turi li fl-aħħar 11-il sena kien hemm 239 raġel u 46 mara li wettqu suwiċidju. Dan juri biċ-ċar li aktar minn 85% tas-suwiċidju saru mill-irġiel. Għaxra minn dawn kollha kienu minuri.

Kien il-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri li ppreżenta din l-informazzjoni fil-Parlament waqt li kien qiegħed iwieġeb mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Bernice Bonello.

Il-Ministru qal li l-aktar persuni li wettqu suwiċidju kellhom bejn 31 u 50 sena hekk kif kien hemm 108 persuna. Imbgħad kien hemm 73 persuna oħra li kellhom bejn il-51 u l-65 sena, u 51 persuna kellhom bejn 18 u 30 sena.

Fl-istess tweġiba l-Ministru Camilleri qal li 37 persuna kellhom minn 66 sena ‘l fuq.

Fil-Parlament intqal li l-aktar sena li fiha seħħew suwiċidji fl-aħħar 11-il sena kienet dk tal-2015 hekk kif kien hemm 36 każ. Filwaqt li l-inqas kienu s-snin 2016 u 2019 hekk kif kien hemm 21 persuna li wettqet suwiċidju.

Ekonomija

Sport