Friday, April 26, 2024

Impreditur Finlandiż irid jixtri lil Manchester United bi sħab mal-partitarji

Aqra wkoll

L-imprenditur Finlandiż Mobile FutureWorks, Thomas Zilliacus, qed isostnu li ressaq offerta biex jixtri lil Manchester United.

L-intenzjoni tiegħu hija li jixtri nofs il-club bin-nofs l-ieħor jinxtara mill-partitarji, li se jkunu parti mit-teħid tad-deċiżjonijiet importanti.

Zilliacus qal: “Kull club sportiv fl-aħħar mill-aħħar għandu jkun tal-partitarji tiegħu. L-offerta tiegħi hija mibnija fuq l-ugwaljanza mal-partitarji.

“L-iżvilupp attwali, fejn ix-xejks u l-oligarki biljunarji jieħdu f’idejhom il-clubs u jikkontrollawhom b’mod personali  mhijiex xejra b’saħħitha.

“Il-valur attwali tas-suq tal-club huwa ftit inqas minn $3.9bn (£3.17bn). Dan ifisser li kieku kull wieħed mill-partitarji tar-Red Devils jingħaqad biex jixtri l-club, is-somma totali għal kull partitarju tammonta għal inqas minn $6.

“Il-grupp tiegħi se jiffinanzja nofs is-somma meħtieġa biex jieħu t-tmexxija tal-club u se jitlob lill-partitarji, permezz ta’ kumpanija ġdida li qed titwaqqaf għal dan il-għan speċifiku, biex jipparteċipaw għan-nofs l-ieħor.

“Jekk kull partitarju jingħaqad dan ifisser inqas minn $ 3 għal kull wieħed.”

Zilliacus qed jippjana li jagħti l-kelma lill-partitarji permezz ta’ app li minnha jistgħu “jipparteċipaw u jitfgħu” il-vot tagħhom “meta jiddeċiedu dwar kwistjonijiet tal-football relatati mal-club”.

Sport