Friday, April 26, 2024

Bayern Munich mistennija jkeċċu lil Julian Nagelsmann fis-sigħat li ġejjin … b’Thomas Tuchel ikun is-suċċessur

Aqra wkoll

Bayern Munich mistennija jħabbru t-tkeċċija tal-coach Julian Nagelsmann, b’Thomas Tuchel jaċċetta li jkun is-suċċessur tiegħu. 

Il-ġganti Ġermaniżi, li rebħu l-aħħar 10 titli tal-Bundesliga konsekuttivi, bħalissa jinsabu t-tieni fil-klassifika, wara r-rivali Borussia Dortmund.

U b’Bayern ifallu fil-kampjonat, kien hemm qbil unanimu mid-diretturi tal-club li fis-sigħat li ġejjin itemmu ħesrem il-kuntratt tal-coach ta’ 35 sena.

Nagelsmann, rebaħ 60 mill-84 logħba (71.4%) minn meta ħa t-tmexxija f’Lulju 2021 iżda kull ma rebaħ huwa darba l-kampjonat u darbtejn is-Super Cup Ġermaniża.

Peró, huwa xorta waħda jista’ jsib xogħol immedjat … b’possibbiltá kbira ma’ Tottenham jekk jiddeċiedu li jkeċċu lil Antonio Conte.

Min-naħa ta’ Tuchel, li għandu 49 sena, ilu bla xogħol minn meta tkeċċa minn Chelsea f’Settembru taħt is-sjieda l-ġdida ta’ Todd Boehly.

Fil-karriera tiegħu huwa mexxa lil Borussia Dortmund lil Paris St-Germain. 

Sport