Monday, April 22, 2024

Lionel Messi jiskorja t-800 goal personali … u jonqsu ieħor għall-100 wieħed mal-Arġentina

Aqra wkoll

Lionel Messi skorja t-800 goal fil-karriera tiegħu għall-club u l-pajjiż bi free-kick stupend fl-ewwel logħba tal-Arġentina minn mindu sar champions tad-dinja.

Messi flimkien mal-players kollha ngħataw merħba kbira mill-partitarji tagħhom fi Buenos Aires nhar il-Ħamis hekk kif lagħbu l-ewwel partita tagħhom mit-trijonf enfatiku tagħhom fil-Qatar.

L-istilla ta’ Paris Saint-Germain kien strumentali fir-rebħa ta’ 2-0 fuq il-Panama.

Kien fit-89 minuta li Messi dawwar il-free-kick tiegħu minn 25 metru bogħod lejn ir-rokna tas-saqaf tax-xibka biex issiġilla r-rebħa wara li Thiago Almada fetaħ l-iskor.

Wara din il-kisba personali, issa qed iħares lejn oħra kbira minħabba li jekk nhar it-Tlieta jiskorja fil-partita ta’ ħbiberija kontra Curacao, jilħaq il-marka tal-100 goal mat-team nazzjonali. 

Sport