Monday, December 30, 2024

ARA: Impressjonat mhux biss bil-wirt storiku ta’ Malta, iżda iktar bl-ospitalità tal-poplu Malti

Aqra wkoll

Illejla fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta, is-Soċjetà Filarmonika Nazzjonali La Vallette se tkun qegħda ttella’ kunċert uniku li l-mistieden ewlieni tiegħu kien ħadd ħlief il-kompożitur u surmast Taljan, Mons. Marco Frisina. 

Dan il-kunċert qed isir fl-okkażjoni tal-ftuħ tal-150 anniversarju mit-twaqqif tal-istess soċjetà. It-tema ta’ dawn l-attivitajiet hi ‘150 sena ta’ Eċċellenza’.

Mons. Marco Frisina hu kompożitur Taljan li ħadem fuq numru kbir ta’ siltiet ta’ mużika rinomati fosthom ‘ Animae Christi’ u ‘Jesus Christ You are my life’, kif ukoll kien il-kompożitur ta’ numru kbir ta’ soundtracks ta’ films. 

Għal dan il-kunċert huma mistennija li ipparteċipaw ukoll is-sopran Rosabelle Bianchi u t-Tenur Charles Vincenti flimkien mal-kor Mirabitur u wkoll is-surmast tal-istess Soċjetà Mro. Dominic Darmanin. 

U proprju għada, is-Sibt 4 ta’ Novembru, fil-Katidral tal-Imdina se jkun hemm attività oħra msejħa ‘Il-Valur tal-Mużika fil-Liturġija’. F’din l-attività se jkun hemm taħdita minn Mons. Frisina u anke se jindaqqu xi siltiet mużikali bi spjega mill-kompożitur Taljan.

Fi tmiem din l-attività li għaliha se jkunu mistiedna korijiet u baned minn madwar Malta u Għawdex, is-Soċjetà Filarmonika Nazzjonali La Valette se tkun qed tagħmel marċ qasir mat-toroq tal-Imdina. 

Ftit sigħat qabel ittella’ dan il-kunċert, dan il-ġural kien preżenti fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta, fejn ħa xi kummenti ta’ Mons. Frisina nnifsu.

Mons. Frisina x’jaħseb rigward Malta u l-Maltin?

“Din mhix l-ewwel darba li ġejt Malta iżda ġejt lura fl-2017 u diversi drabi oħra biex inżur xi ħbieb. Għandi mħabba kbira kejn il-gżejjer Maltin … impressjonat mhux biss bil-wirt storiku ta’ Malta iżda iktar bl-ospitalitá tal-poplu Malti.”

Mistoqsi rigward il-ħidma u l-kollaborazzjoni tiegħeu ma’ Papiet diversi huwa qal li “Inqis lil Ġwanni Pawlu II bħala missier, il-Papa Bnedittu bħala kumpann fil-profonditá tiegħu u lill-Papa Franġisku li għallimni napprezza l-faqar, fejn fil-fatt f’Marzu li ġej se nagħmlu kunċert fil-Vatikan għall-foqra.”

Mistoqsi liema jqis bħala l-akbar biċċa xogħol fost id-diversi xogħlijiet tiegħu, huwa qal li għandu diversi u ma setax jidentifika wieħed partiikolari. 

Mistoqsi wkoll iħossx xi tip ta’ pressjoni għall-fatt li hu u l-mużika tiegħu huma rinomati mad-dinja kollha, huwa qal li iktar minn pressjoni, iħoss responsabbiltá u huwa kburi b’dan.

Intant, dan il-ġurnal ħa l-kummenti wkoll tal-president tas- Soċjetá Filarmonika Nazzjonali La Vallette, Jonathan Grima, li qal li huwa unur kbir din is-soċjetá rnexxielha ġġib f’pajjiżna persuna ta’ dan il-kalibru.

Huwa qal li kollox beda minn kuntatt personli li huwa kellu u mbagħad l-affarijiet komplew jipprogressaw. Huwa kompla li s-Soċjetà ilha għal dawn l-aħħar xhur tipprepara għal dawn iċ-ċelebrazzjonijiet … ċelebrazzjonijiet li se jkunu qed jagħmlu ġieħ lill-istorja glorjuża ta’ din is-Soċjetá. 

Grima temm jgħid li dan il-kunċert hu wieħed minn sensiela ta’ attivitajiet li s-Soċjetà se tkun qed tagħmel fl-okkażjoni ta’ dan l-anniversarju importanti. 

YouTube video
Ekonomija

Sport