Monday, September 30, 2024

“Ma rridx inkun krudili u nibagħtu l-ħabs” 

Aqra wkoll

“Ma rridx inkun krudili miegħu u nibgħatu l-ħabs, imma din il-ħaġa miegħu li jisker issir kull lejl. Ma nistax inkompli nibqa’ sejra hekk. Meta jkun f’sikktu, jkun fih raġel għal mitt darba, imma meta jixrob isir persuna differenti. Nibża’ daqsxejn minnu imma ma rridx li jmur il-ħabs,”.  

Dan iddikjaratu mara fil-Qorti hekk kif kien qed jinstema każ kontra żewġha, fejn allegatament hija spiċċat vittma ta’ vjolenza domestika. Fil-Qorti ngħad li r-raġel, li għandu 55 sena minn Ħal Qormi kien qed jiġi akkużat bi vjolenza domestika u li kkawża ġrieħi ħfief fuq martu. 

Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Omar Zammit qalet li l-mara marret għand il-Pulizija meta żewġha kien wasal id-dar fis-sakra u żamm sikkina ma’ għonqha, u saħansitra barxilha geddumha. 

Fiil-Qorti intqal ukoll li l-imputat kien se jitlaq mid-dar matrimonjali b’effett immedjat. Fil-Qorti, il-vittma rtirat l-ilment tagħha u kien għalhekk li l-Qorti kellha twaqqa’ l-każ. 

L-avukat Nicholas Mifsud kien avukat difensur, filwaqt li għall-vittma deher l-avukat Mario Mifsud.

Sport