Wednesday, March 19, 2025

Imsejħa l-iskwadra nazzjonali ta’ Taħt it-18-il sena għal kontra l-Litwanja

Aqra wkoll

Il-coach nazzjonali ta’ Taħt it-18-il sena, Stefano Grima, sejjaħ skwadra ta’ 26 player għaż-żewġ partiti ta’ ħbiberija kontra l-Litwanja. 

L-ewwel partita bejn dawn iż-żewġ partiti se tintlagħab, nhar il-Ġimgħa, 21 ta’ Marzu, fis-Centenary Stadium, fl-4.00 pm. 

Imbagħad, it-tieni partita tintlagħab, nhar il-Ħadd, 23 ta’ Marzu, fl-istess post u fl-istess ħin. 

Iż-żewġ logħbiet se jkunu mxandra diretti fuq il-kanal ta’ YouTube tal-Malta FA.

Il-partiti se jservu ta’ esperjenza għat-team żagħżugħ Malti, hekk kif il-players ifittxu li jkomplu l-mixja ta’ żvilupp tagħhom.

L-iskwadra tinkludi ħames players li bħalissa qed jilagħbu barra minn Malta, jiġifieri fl-Iskozja, l-Ingilterra, l-Awstralja u Spanja.

L-iskwadra ta’ 26 player imħabbra mill-coach Grima hija:

Goalkeepers – Carlos Camilleri (Hibernians FC), Miguel Camilleri (Hamrun Spartans FC), Kyran Massa (Pietà Hotspurs FC)

Difensuri – Denzel Bugeja (Xewkija Tigers FC), Sheldon Borg (Pietà Hotspurs FC), Nathan Joyce (Floriana FC), Luca Vella (Valletta FC), Drew Sammut (Edinburgh FC – Skozja), Dejan Farrugia (Floriana FC)

Midfielders – Adam Vella (St Andrews FC), Harry Gettins (Gateshead FC – Ingilterra), Shaun Xiberras (Pietà Hotspurs FC), Jayden Vella (Pietà Hotspurs FC), Amin Maik (Sydney FC – Awstrija), Liam Micallef (Zabbar St Patrick FC), Jerome Baldacchino (Valletta FC), Jean Borg (Pietà Hotspurs FC), Cristian Vella Gonzalez (UD Longuera Toscal – Spanja), Thomas Mellilo (Pietà Hotspurs FC), Luke Bugeja (Birkirkara FC)

Attakkanti – Emerson Piscopo (Floriana FC), Keyon Ewurum (Valletta FC), Nathan Zerafa (Floriana FC), Kai Bartolo (Wealdstone FC – Ingilterra), Hijazi Ubada (Sliema Wanderers FC), Jake Borg (Pietà Hotspurs FC)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport