Sunday, December 22, 2024

Imut anzjan ta’ 83 sena waqt li kien pożittiv għall-Covid-19

Aqra wkoll

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li fl-aħħar 24 siegħa feġġew 29 każ ġdid ta’ Covid-19 mentri kien hemm 16-il persuna oħra li fiequ mill-virus. Dan ifisser li t-total ta’ każi attivi issa huma 238. 

L-ammont ta’ mwiet huwa ta’ 462 wara li fl-aħħar 24 siegħa miet anzjan ta’ 83 sena waqt li kien pożittiv għall-virus. 

Bħalissa hemm għaxar pazjenti rikoverati l-Isptar minħabba l-Covid-19 li minnhom erbgħa li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Sal-bieraħ filgħaxija kienu ngħataw 881,843 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 54,267 kienu dożi tal-booster.

Ekonomija

Sport