Saturday, May 4, 2024

Imut anzjan u l-każi attivi jiżdiedu bi ftit

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Skont l-aħħar aġġornament b’rabta mas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar sigħat feġġew 53 każ ġdid u rkupraw 31 persuna mill-virus. B’hekk il-każi attivi issa telgħu għal 743.

Rigward dawk rikoverati fl-Isptar minħabba l-Covid-19 ntqal li hemm 31 persuna rikoverati u li tnejn minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-kura intensiva.

Il-vittmi tal-covid-19 żdiedu għal 446 wara li fl-aħħar sigħat miet anzjan ta’ 77 sena waqt li kien pożittiv għall-virus.

Sal-bieraħ kienu ngħataw 802,042 doża tal-vaċċin li minnhom 1,257 huma booster dose.

Sport