L-ex player ta’ Arsenal, Liverpool u l-Ingilterra Ray Kennedy miet fl-età ta’ 70 sena wara battalja twila mal-marda tal-Parkinson.
Membru tat-tim ta’ Arsenal li rebaħ l-Ewwel Diviżjoni u l-FA Cup Double fl-1971, Kennedy kompla biex kiseb suċċess inkredibbli f’Anfield.
Ma’ Liverpool, il-midfielder rebaħ ħames titli oħra tal-kampjonat u t-Tazza Ewropea fi tliet okkażjonijiet bħala parti mit-team tagħhom tal-aħħar tas-snin 70 u l-bidu tas-snin 80.
Il-manager leġġendarju Bob Paisley iddeskrivieh bħala ‘wieħed mill-aqwa players ta’ Liverpool u x’aktarx l-iktar wieħed sottovalutat.’
Kennedy għamel 17-il dehra għall-Ingilterra iżda qatt ma seta’ jieġu post Trevor Brooking u rtira mil-logħba internazzjonali fl-1981.
L-ewwel ġie djanjostikat bil-Parkinson meta kien player ma’ Hartlepool fl-għabex tal-karriera tiegħu u tħabat mal-marda għall-kumplament ta’ ħajtu.
L-ex attakkant ta’ Liverpool John Aldridge kiteb fuq twitter: “Stilla sabiħa oħra ta’ Liverpool mietet, Ray Kennedy, xi player u raġel sabiħ kien li sofra tant bil-marda tal-Parkinson għal ħafna minn ħajtu. Żgur qatt mhu se jimxi waħdu. RIP Ray.’
Malli sema’ l-aħbar, l-eks difensur ta’ Liverpool Phil Thompson kiteb ukoll fuq twitter: “Aktar aħbarijiet koroh bil-mewt ta’ Ray, xiplayer mill-aqwa kien – RIP ħabib – YNWA.”
L-ex player internazzjonali tad-Danimarka u ta’ Liverpool, Jan Molby, kiteb ukoll fuq twitter: ‘RIP Ray Kennedy // Maestro #LFC #Legend’
Intant, il-partitarju tal-Arsenal u l-personalità tat-TV Piers Morgan kiteb: ‘RIP Ray Kennedy. Stilla tad-duble miksub minn Arsenal fl-1971 u wieħed mill-ewwel eroj tiegħi tal-football.”
Huwa kompla: “Kompla jilgħab ma’ Liverpool u l-Ingilterra. Iġġieled battalja kuraġġuża u twila mal-marda tal-Parkinson. Aħbar ta’ dieqa kbira.’
Kennedy qatta’ seba’ snin u nofs f’Anfield u għamel 393 dehra mal-club, u skorja 72 goal.
Huwa ngħaqad mar-Reds mingħand Arsenal fl-1974 li ħabat fl-istess jum li Bill Shankly ikkonferma t-tluq tiegħu minn ma’ Liverpool.
Kennedy temm il-karriera tiegħu ma’ Liverpool b’ħames titli tal-kampjonat, tliet Tazzi Ewropej, Tazza UEFA, Super Tazza Ewropea u League Cup waħda.
Taħt Paisley, Kennedy rnexxa bħala midfielder qabel telaq minn Anfield biex ikollu perjodi ma’ Swansea, Hartlepool u Pezoporikos, ta’ Ċipru, qabel ma ġie djanjostikat bil-marda tal-Parkinson f’Novembru tal-1986.