Wednesday, October 9, 2024

Imut l-eks Deputat Nazzjonalista Karl Gouder

Aqra wkoll

Dalgħodu tħabbret il-mewt tal-eks Deputat Parlamentari Nazzjonalista Karl Gouder fl-età ta’ 45 sena.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u Kap Nazzjonalista Bernard Grech permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali ddeskriva lil Gouder bħala persuna dedikata ħafna u li okkupa diversi karigi importanti kemm fl-istrutturi tal-Partit Nazzjonalista u anke fil-midja tiegħu.

Jumejn ilu hu ħabbar l-interess tiegħu li jikkontesta l-kariga ta’ Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista.

Gouder kien Chief Operations Officer ta’ Net Media, u mexxa l-kampanja elettorali tal-elezzjonijiet ta’ Ġunju li għadda. Huwa kien kandidat għal Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista,

Huwa serva wkoll bħala sindku ta’ San Ġiljan u serva bħala Membru Parlamentari għal sitt snin fuq medda ta’ tliet leġiżlaturi.

Intant fi stqarrija, il-Partit Laburista sellem il-memorja ta’ Karl Gouder, eks Membru Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista. Il-PL ta l-kondoljanzi lill-familja u l-qraba tiegħu.

Sport