Wednesday, April 24, 2024

Imut l-eks ġurnalist tal-Union Press

Aqra wkoll

Tħabbret il-mewt ta’ Louis Cauchi, eks impjegat tal-Union Press, fl-għomor ta’ 77 sena. Huwa kien serva għal diversi snin fil-kariga ta’ Deputat Editur tal-ġurnal l-orizzont. Huwa kien daħal jaħdem mal-gazzetti tal-GWU 46 sena ilu meta l-ġurnaliżmu stampat kien fl-aqwa tiegħu f’pajjiżna.

Louis Cauchi kien persuna rispettata u se jibqa mfakkar mill-eks kollegi tiegħu għall-ġentlomerija tiegħu u għar-rettezza li dejjem uża f’ħidmietu. Kien bniedem ta’ fommu sieket u maħbub mhux biss minn sħabu u eks kollegi tal-Union Press imma anki minn kulmin kien jafu. 

Il-funeral tiegħu se jsir nhar it-Tlieta 2 ta’ April b’quddiesa fil-knisja parrokjali tal-Madonna ta’ Fatima fi Gwardamanġa, fit-8.00 ta’ filgħodu.

Louis kien miżżewweġ lil Jane u kellu tliet itfal, Ivan, Herbert u Justin.

Sport