Friday, July 31, 2026
Home Sport Imut l-eks player leġġendarju ta’ AC Milan, Franco Baresi

Imut l-eks player leġġendarju ta’ AC Milan, Franco Baresi

0
27

Il-futbol Taljan qed jibki l-mewt ta’ wieħed mill-players leġġendarji tiegħu hekk kif AC Milan ħabbru l-mewt tal-eks difensur Franco Baresi fl-età ta’ 66 sena.

“L-istorja ta’ AC Milan tinsab f’biki għall-mewt ta’ Franco Baresi,” qal il-klabb fi stqarrija.

“L-eżempju tiegħu se jibqa’ għal dejjem bħall-flokk numru 6 tiegħu, parti integrali u fundamentali mill-istorja u d-DNA tal-klabb. AC Milan jibagħtu l-kondoljanzi l-aktar sinċieri tagħhom lill-familja ta’ Franco Baresi.”

Baresi għamel operazzjoni fil-pulmun fl-2025, u reġa’ deher f’San Siro waqt iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Olimpjadi tax-Xitwa ta’ Milano-Cortina tal-2026, fejn kien wieħed mill-plejers li ġarrew it-torċa.

Baresi għamel 719-il dehra ma’ AC Milan, fejn rebaħ sitt titli tas-Serie A u tliet titli taċ-Champions League, filwaqt li rrappreżenta wkoll lit-tim nazzjonali Taljan 81 darba, fejn rebaħ it-Tazza tad-Dinja tal-1982.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here