Id-Djoċesi ta’ Għawdex ħabbret il-mewt ta’ Mons. Beneditt Camilleri mill-Parroċċa tal-Għarb li miet fl-età ta’ 95 sena.
Hu miet l-Awstralja fejn għal dawn l-aħħar snin kien Rettur tas-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu f’Bacchus Marsh. Mons. Camilleri miet fis-1.30am (fid-9.30am ħin tal-Awstralja).
Dun Beneditt serva f’diversi karigi importanti fid-Djoċesi ta’ Għawdex, fost l-oħrajn bħala l-ewwel Segretarju tal-Isqof Cauchi, Kanċillier tal-Kurja, u Rettur tas-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu.