Saturday, July 25, 2026
Home Covid-19 Imutu tliet persuni oħra waqt li kienu pożittivi għall-virus

Imutu tliet persuni oħra waqt li kienu pożittivi għall-virus

0
816

Skont informazzjoni ppubblikata mill-awtoritajiet tas-saħħa, fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 150 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 537 persuna. 

L-ammont ta’ każi attivi bħalissa huwa ta’ 4,395. 

It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija tela’ għal 783 wara li fil-lejl ta’ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa mietu tliet persuni oħra waqt li kienu pożittivi għall-virus.