Wednesday, April 24, 2024

Imutu żewġt anzjani waqt li kienu pożittivi bil-Covid-19

Aqra wkoll

Il-każi attivi ta’ Covid-19 f’pajjiżna issa huma 1,003 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa feġġew 56 każ ġdid u kien hemm 58 oħra li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus. 

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li bħalissa hemm 12-il pazjent li qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei minħabba l-Covid-19, bi tnejn minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

It-total ta’ mwiet issa huwa 468 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa mietu raġel u mara, it-tnejn ta’ 77 sena, waqt li kienu pożittivi bil-virus.

Sal-bieraħ filgħaxija kienu ngħataw 942,729 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 107,776 kienu dożi tal-booster.

Sport