Thursday, October 29, 2026
Home Bloggers ”In-nies qed jgħixu llum, u l-isfidi tagħhom ma jistgħux jibqgħu jistennew il-futur”

”In-nies qed jgħixu llum, u l-isfidi tagħhom ma jistgħux jibqgħu jistennew il-futur”

Minn Noel Farrugia, Eks Ministru Laburista

0
44

Segwejt il-kummenti tal-Oppożizzjoni dwar il-Baġit, għax nemmen li l-kritika għandha tkun akkumpanjata minn proposti konkreti li jindirizzaw ir-realtajiet u l-ħtiġijiet tan-nies illum.

Ejja nkunu ċari: il-Baġit għall-2027 irid iwieġeb għaċ-ċirkustanzi li qed ngħixu fihom illum. Min jaf x’se jġib għada? Min jista’ jbassar b’ċertezza kif se tkun is-sitwazzjoni internazzjonali, l-ekonomija jew jekk it-tensjonijiet globali humiex se jwasslu għal kriżi ferm akbar, saħansitra gwerra dinjija?

Jekk Alla jrid, in-nies se jkunu qed jgħixu wkoll matul l-2027, u meta naslu għall-2028 ikun hemm Baġit ieħor, li jrid iwieġeb għar-realtajiet ta’ dak iż-żmien.

Għalhekk, sa issa, għadni ma fhimtx biċ-ċar x’alternattiva konkreta qed tipproponi l-Oppożizzjoni biex tindirizza l-isfidi li n-nies qed jiffaċċjaw illum.

Il-futur ma nistgħux inkunu nafu eżatt kif se jkun. Nistgħu nitgħallmu mill-esperjenzi tal-bieraħ, nifhmu r-realtajiet tal-lum u nieħdu deċiżjonijiet skont dak li nafu u dak li nistgħu nantiċipaw b’mod responsabbli.

Għax il-politika trid tindirizza l-problemi li nafu li jeżistu llum, mhux tħalli lin-nies jistennew għal futur li ħadd ma jaf kif se jkun.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here