Missier ta’ żewġt itfal spiċċa fi problemi kbar u anke qiegħed jiffaċċja snin twal ta’ ħabs wara li qatel raġel li kien fis-sodda ma’ martu.
Il-każ seħħ f’California fl-Istati Uniti fejn skont dak li ntqal fil-Qorti, il-missier irritorna d-dar mix-xogħol qabel il-ħin tas-soltu. Hekk kif daħal id-dar u mar fil-kamra tas-sodda sab lil martu flimkien ma’ raġel ieħor.
Fuq l-istess sodda kien hemm iż-żewġt itfal tiegħu.
Ismael Pinedalopez ta’ 34 ġie akkużat li qatel lil Nicholas Garcia ta’ 28 sena b’diversi daqqiet ta’ sikkina fil-kamra tas-sodda fid-dar tiegħu.
L-allegat aggressur u matru għandhom żewġt itfal, tifla ta’ sentejn u tifel ta’ erba’ snin li fil-ħin tad-delitt kienu fuq is-sodda wkoll.
Pinedalopez ġie arrestat u tressaq il-qorti akkużat bil-qtil. Il-Prosekuzzjoni qalet li tifhem is-sitwazzjoni li sab fiha l-allegat aggressur, iżda l-vjolenza qatt ma tista’ tkun is-soluzzjoni.
Hu tressaq il-Qorti nhar it-Tlieta li għadda u jekk jinstab ħati jista’ jeħel sa 26 sena ħabs.




