Thursday, October 29, 2026
Home Internazzjonali Omm tmut wara li gidmitha brimba velenuża fl-Italja

Omm tmut wara li gidmitha brimba velenuża fl-Italja

0
65

Sabrina Gigliotti, omm żgħażugħa minn Ostia fl-Italja mietet fl-età ta’ 39 sena wara li gidmitha brimba velenuża.

Rapporti fil-midja Taljan qalu li l-aħħar 40 jum ta’ ħajjitha għamilthom dieħla u ħierġa l-isptar u żżur diversi tobba wara li gidmitha brimba velenuża.

Il-familja tal-vittma qegħdin jitolbu spjegazzjoni ta’ dak li seħħ hekk kif qegħdin jallegaw li kien hemm nuqassijiet kbar minn esperti mediċi.

Skont il-familja, lejn nofs Settembru, Sabrina nnutat li kellha gidma fuq il-koxxa tal-lemin. Hija marret mill-ewwel l-isptar biex tara x’kienet fejn hemm tawha xi mediċina. 

Wara li baqgħet fl-istess sitwazzjoni hija marret fi sptar ieħor fejn taw l-istess indikazzjonijiet li kienu taw it-tobba tal-ewwel sptar li marret.

Il-kundizzjoni ta’ Sabrina marret għall-agħar, u bdiet tħoss uġigħ fin-naħa t’isfel tad-dahar u f’riġlejha, ​​flimkien ma’ sensazzjoni ta’ ħruq fiż-żaqq u fid-dahar. Fit-18 ta’ Ottubru, hija reġgħet marret l-isptar fejn daħlet mixja bl-għajnuna tal-krozzi. 

Sal-20 ta’ Ottubru, il-kundizzjoni tagħha marret lura malajr ħafna; skont ħutha, hija saħansitra tilfet il-kapaċità li titkellem. L-għada, il-kundizzjoni tagħha kompliet tiggrava; hija ġiet intubata fl-isptar u sussegwentement trasferita lejn l-isptar ieħor. 

Madwar siegħa wara li waslet hemm, id-direttur tad-dipartiment tal-mard infettiv informa lill-familja li s-sitwazzjoni tagħha kienet kritika. Aktar tard hija ġiet trasferita lejn l-isptar San Camillo, fejn mietet fil-25 ta’ Ottubru. 

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here