Thursday, October 29, 2026
Home Sport Kompany joħroġ mill-isptar wara li ħassu ħażin waqt it-taħriġ ta’ Bayern Munich

Kompany joħroġ mill-isptar wara li ħassu ħażin waqt it-taħriġ ta’ Bayern Munich

0
64

Vincent Kompany ġie rilaxxat mill-isptar wara li kien ħassu ħażin fil-ground tat-taħriġ ta’ Bayern Munich minħabba irritazzjoni u infjammazzjoni madwar il-moħħ.

 Il-coach issa se jkompli jirkupra f’daru, filwaqt li l-club mhux se jistabbilixxi data għar-ritorn tiegħu.

Id-direttur sportiv, Max Eberl, qal li t-tobba identifikaw il-kawża tal-inċident u li Kompany jeħtieġ mistrieħ u jingħata l-mediċini. Huwa ċaħad li l-pressjoni marbuta mat-tmexxija ta’ Bayern kienet responsabbli għall-kundizzjoni tiegħu.

L-assistent, Aaron Danks, qed imexxi lit-tesm fl-assenza tiegħu, b’logħbiet importanti kontra Borussia Dortmund, Atletico Madrid u Mainz ġejjin. Bayern jinsabu fil-quċċata tal-Bundesliga, iżda l-prijorità tal-klabb bħalissa hija l-irkupru sħiħ tal-coach Belġjan.

Harry Kane kien ta wkoll aħbarijiet inkoraġġanti dwar il-progress ta’ Kompany wara li tkellem miegħu qabel iċ-ċerimonja tal-Ballon d’Or.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here