Saturday, December 21, 2024

In-nomina ta’ William England is-suġġett ewlieni fil-laqgħa ġenerali annwali tal-MMF

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Nhar it-Tnejn 29 ta’ Novembru 2021, il-Malta Motorsport Federation għamlet il-Laqgħa Ġenerali Annwali tagħha f’lukanda ewlenija f’San Ġiljan.

Din il-Laqgħa Ġenerali Annwali kienet l-ewwel waħda taħt il-presidenza tal-President Duncan Micallef. Is-suġġett ewlieni tal-aġenda f’din il-laqgħa kien in-nomina ta’ William England għall-kariga ta’ Viċi President.

England okkupa diversi karigi fil-passat kemm bħala uffiċjal kif ukoll bħala amministratur fi ħdan il-Federazzjoni. Is-sena l-oħra, waqt l-istess elezzjoni li eleġiet lil Micallef bħala President, England kien elett Viċi President għal sena; issa, ġie elett għal terminu sħiħ ta’ tliet snin. England ġie elett unanimament mill-klabbs kollha li attendew għal-laqgħa.

Ruben Galea, teżorier tal-Federazzjoni, irrapporta titjib notevoli fil-finanzi tal-Federazzjoni u ħabbar li l-Federazzjoni issa tista’ tibda tħares ‘il quddiem lejn proġetti ġodda.

England irringrazzja lil dawk preżenti għall-kooperazzjoni tagħhom fil-passat u talli kkonfermawħ għal tliet snin oħra, li matulhom il-Federazzjoni għandha sfidi enormi.

Fi tmiem il-laqgħa, il-President Micallef qal, “kuntenti mmens b’dak li ksibna s’issa f’dawn it-12-il xahar u nħarsu ‘l quddiem biex nieħdu l-isfidi li għandna quddiemna għall-interess tal-motorsport. Fl-aħħar, il-Motorsport f’Malta ser jibbenefika, u jitpoġġa fuq l-aġenda nazzjonali fejn jixraqlu” Micallef irringrazzja lil dawk kollha preżenti tal-appoġġ tagħhom u talli eleġġew lil William England b’vot daqstant deċiżiv. Micallef temm billi rringrazzja lil William England għas-servizz li ta s’issa lill-Federazzjoni u lill-motorsport inġenerali u huwa kuntent li għandu lill-England fit-tim tiegħu għat-tliet snin li ġejjin.”

L-amministrazzjoni tal-Malta Motorsport Federation issa tikkonsisti minn Duncan Micallef President, William England Viċi President, Jonathan Bruno Segretarju Ġenerali, Ruben Galea Teżorier u Oliver Attard Viċi Segretarju.

Ekonomija

Sport