Wednesday, March 27, 2024

In-numru ta’ mwiet kawża tal-Covid-19 fl-Istati Uniti jaqbeż it-800,000

Aqra wkoll

L-Istati Uniti tal-Amerika laħqet iċ-ċifra ta’ 800,000 mewt kawża tal-virus Covid-19, b’hekk dan huwa l-iktar pajjiż li kellu mwiet f’din il-pandemija s’issa.

Dan seħħ fl-istess waqt li  iktar kmieni din il-ġimgħa l-Istati Uniti laħqet iċ-ċifra ta’ 50 miljun każ minn kemm ilha li bdiet il-pandemija. L-iktar ammont ta’ mwiet kien fost persuni anzjani u dawk li ma kinux imlaqqma. Apparti hekk, l-istatistika turi li mietu iktar Amerikani fl-2021 milli fl-2020. 

Fil-preżent, l-Istati Uniti qiegħda tesperjenza żieda allarmati fin-numru ta’ mwiet. Tant hu hekk li f’dawn l-aħħar 11-il ġimgħa, l-Istati Uniti kellha minn tal-inqas 100,000 mewt. Dr Keri Althoff, li hija epidemjologu ġewwa Johns Hopkins Bloomberg School of Public Health, qalet li din il-mewġa ta’ mard se tkompli tippersisti sakemm ikun hemm biżżejjed immunità fost il-poplu biex jitwaqqaf it-tixrid. Hija tenniet li s’issa dan it-tragward għadu ma ntlaħaqx. 

S’issa għaddew iktar minn 650 jum minn meta miet l-ewwel pazjent bil-Covid-19 ġewwa l-Istati Uniti. L-ewwel każ ta’ mewt kien seħħ f’Seattle, Washington.

Ekonomija

Sport