Skont informazzjoni li nħarġet minn Altrata, inbidel ix-xenarju tal-biljunari fid-dinja u dan hekk issa qegħdin naraw żieda ta ‘superbiljunarji”. Dawn huma individwi li l-valur nett tal-ġid tagħhom jaqbeż il-$50 biljun. Il-quċċata tal-lista hija ddominata mill-moguls tat-teknoloġija, b’Elon Musk u Jeff Bezos jżommu l-ewwel żewġ postijiet. Setturi oħra, bħall-moda, il-manifattura u t-telekomunikazzjonijiet, huma wkoll rappreżentati fil-grupp ta’ 24.
Fil-bidu ta’ Frar 2025, grupp ta’ 24 superbiljunarju kellu kollettivament $3.3 triljun, li jirrappreżentaw aktar minn 16 fil-mija tal-ġid totali tal-biljunarji — żieda notevoli minn 4 fil-mija fl-2014.