Il-Gvern ħabbar li l-Baġit 2021 se jiġi ippreżentat fil-Parlament nhar it-Tnejn 19 ta’ Ottubru.
Kien il-Whip tal-Gvern Glenn Bedingfield li informa lill-Parlament b’din id-deċiżjoni waqt il-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra.
Huwa spjega li fis-26 ta’ Ottubru ssir ir-replika tal-Kap tal-Oppożizzjoni u l-għada l-kontro-replika tal-Prim Ministru.
Din se tkun l-ewwel darba li l-Prim Ministru Robert Abela se jagħmel il-kontro-replika u li l-Avukat Bernard Grech jagħmel ir-replika.