Tuesday, July 14, 2026
Home Internazzjonali Infermier akkużat b’abbuż sesswali fuq anzjana fl-Awstralja

Infermier akkużat b’abbuż sesswali fuq anzjana fl-Awstralja

0
1

Infermier ta’ 27 sena ġie arrestat nhar it-Tnejn li għadda wara li allegatament għal xhur sħaħ kien qiegħed jabbuża sesswalment minn anzjana li hija residenti f’dar tal-anzjani f’New South Wales fl-Awstralja.

L-allegat abbuż seħħ fuq anzjana ta’ 79 sena bejn Novembru tal-2023 u Frar tal-2024.

Kien f’Ġunju ta’ din is-sena meta l-pulizija kienet irċiviet rapport dwar l-allega abbuż u dan kien sar minn xi qraba tal-vittma. Jirriżulta li għal dawn l-aħħar sentejn l-anzjana baqgħet siekta milli titkellem dwar dak li kien seħħ lilha, iżda imbagħad tkellem ma’ xi qraba li mill-ewwel għamlu rapport lill-Pulizija.

Kien għall-ħabta tad-9.00am tat-Tnejn li l-allegat aggressur ġie arrestat. Hu tressaq il-qorti fl-aħħar sigħat fejn ġie akkużat li abbuża sesswalment lill-anzjana, li messilha partijiet privati ta’ ġisimha mingħajr kunsens u li anke ġagħla twettaq atti sesswali miegħu.

L-akkużat wieġeb mhux ħati tal-akkużi u baqa’ jinżamm arrestat. Il-Qorti ta’ Grafton iddeferit il-każ għas-7 ta’ Settembru li ġej.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here