Sunday, December 22, 2024

Infermier joqtol lit-tfajla tiegħu li kienet se tiggradwa tabib għax qal li “kienet infettatu bil-coronavirus”

Aqra wkoll

Infermier qatel lit-tfajla tiegħu li fi żmien qasir kienet se tiggradwa bħala tabib qabel ma ċempel lill-pulizija u qalilhom li qatilha wara li nħakem minn rabja kbira wara li infettatu bil-virus Covid-19.

Lorena Quaranta, ta’ 27 sena, li kienet qed tistudja l-mediċina, instabet mejta wara li l-għarus tagħha Antonio De Pace ammetta r-reat tiegħu lill-pulizija.

Intant l-Università ta’ Messina qalet li xorta waħda kienet se toħroġ iċ-ċertifikat tal-lawrja lit-tfajla.

L-inċident seħħ fis-sigħat bikrin ta’ nhar it-Tlieta li għadda.

Intant De Pace kellu jittieħed b’urġenza l-isptar wara li pprova jwettaq suwiċidju. Ironikament kienu l-istess ħbieb tat-tfajla li salvawlu ħajtu, bir-raġel jgħidilhom li qatilha minħabba li kienet infettatu bil-coronavirus.

Il-midja Taljana qed tirrapporta li l-awtoritajiet għandhom dubji serji dwar l-istorja rrakkontata minn De Pace. Dan wara li la r-raġel u lanqas it-tfajla ma rriżultaw pożittivi għall-virus qattiel.

Ekonomija

Sport