Sunday, December 22, 2024

Infermiera tqila pożittiva għall-coronavirus tmut, iżda t-tobba jirnexxilhom isalvaw lit-tarbija tagħa

Aqra wkoll

Mary Agyapong mietet wara li ġiet infettata bil-coronavirus iżda t-tobba jirnexxilhom isalvaw lit-tarbija tagħha b’intervent ta’ emerġenza

Infermiera tqila li riżultat pożittiva għall-coronavirus fir-Renju Unit mietet wara li t-tobba ddeċidew li jagħmlu intervent ta’ ċesarja b’emerġenza biex jirnexxilhom isalvaw lit-tarbija tagħha.

Il-Bedfordshire Hospitals NHS Foundation Trust qalet li Mary Agyeiwaa Agyapong, ta’ 28 sena, mietet nhar il-Ħad li għadda. “Mary kienet infermiera mill-aqwa u eżemplu ċar ta’ dak li nfissru,” kien jgħid il-messaġġ tal-Fondazzjoni.

Imejl intern li ntbagħat lill-kollegi tagħha fl-Isptar ta’ Luton u Dunstable kienet tgħid li d-deċiżjoni biex issir operazzjoni ta’ ċesarja ttieħdet wara li l-kundizzjoni tal-mara marret għall-agħar f’daqqa.

It-tobba inizjalment kienu qed jaħsu li l-mara kienet qed turi sinjali li kienet qed tirkupra madankollu f’qasir żmien il-kundizzjoni medika tagħha ddeterjorat.

David Carter, il-Kap Eżekuttiv tal-NHS Trust, iddeskriva lit-tarbij tal-mara bħala “raġġ ta’ tama f’dan il-mument mudlam”.

Intant ir-Renju Unit mistenni li jestendi l-perjodu ta’ lockdown wara li l-awtoritajiet ħarġu twissijiet li għadu wisq bikri biex jitnaqqsu r-restrizzjonijiet.

Ekonomija

Sport