Wednesday, December 11, 2024

Infermieri jgħidu li qed ikollhom jissellfu ż-żraben ta’ xulxin

Aqra wkoll

Il-President tal-MUMN Paul Pace appella lill-awtoritajiet biex jipprovdu lill-istaff b’tagħmir aktar adekwat

Il-President tal-MUMN Paul Pace allega li l-infermieri u t-tobba li qed jikkuraw il-pazjenti bil-coronavirus fl-Isptar Mater Dei qed ikollhom jissellfu ż-żraben ta’ xulxin minħabba li hemm nuqqas tagħhom.

Fuq il-paġna tiegħu tal-Facebook huwa tella ritratt tal-‘crocs’ u ieħor bi tnejn minn dawn iż-żraben bit-tejp biex jgħatti t-toqob li fihom.

Pace sostna li l-infermieri qed ikollhom jagħmlu t-tejp għax il-coronavirus jista’ jgħaddi mill-kalzetti.

“Dawn il-crocs jiġu biss f’daqsijiet kbar meta l-infermieri nisa ġeneralment jużaw żraben ta’ daqs żgħir u kienu ntiżi għall-bajjiet u mhux bħala protezzjoni kontra l-viruses”

Il-President tal-MUMN Paul Pace

Ekonomija

Sport