Friday, April 19, 2024

F’ġurnata 864 persuna jitilfu ħajjithom kawża tal-coronavirus fi Spanja

Aqra wkoll

Aktar minn 9,000 persuna tilfu ħajjithom

Fl-aħħar sigħat 864 persuna tilfu ħajjithom kawża tal-coronavirus fi Spanja. Dan l-ammont huwa l-akbar wieħed f’ġurnata u b’hekk l-ammont ta’ vittmi fl-Ewropa qabeż it-30,000.

Aktar minn 9,000 persuna tilfu ħajjithom fi Spanja li tinsab wara l-Italja f’dawk li huma każijiet fatali kkawżati minn dan il-virus.Il-każijiet ikkonfermati fil-pajjiż qabżu l-100,000 iżda skont l-aħħar statistika r-rata ta’ dawn li qed jiġu infettata qiegħda tonqos.

Skont is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti António Guterres din il-pandemija hija l-akbar sfida dinjija sa mit-tieni gwerra dinjija ’l hawn. Skont riċerka li saret fl-Istati Uniti, in-numru ta’ każijiet madwar id-dinja issa qabeż it-870,000 b’aktar minn 43,000 jitilfu ħajjithom.

Sport