Sunday, March 9, 2025

Jinstab qawwi u sħiħ ir-raġel Ingliż ta’ 74 sena li kien rrapurtat nieqes

Aqra wkoll

Fi stqarrija maħruġa mill-Pulizija, ingħad li Michael George Clarkson, Ingliż ta’ 74 sena, li ġie rrappurtat nieqes lill-Pulizija nstab.

Il-Pulizija rringrazzjat lil pubbliku tal-għajnuna u informazzjoni illi ta.

Aktar kmieni: Ingliż ta’ 74 sena rrapurtat nieqes

Michael George Clarkson, Ingliż ta’ 74 sena, ġie rrappurtat nieqes lill-Pulizija.
Huwa deher l-aħħar f’Tas-Sliema u kien liebes jeans blue u ġakketta sewda b’xi sinjali ħomor. Huwa għandu xagħru griża u sewda kif ukoll mustaċċi.

Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport