Birkirkara ……..1
Marsaxlokk ……1
Minn Cristian Muscat
F’partita, li fil-veritá kienet waħda medjokri, Birkirkara u Marsaxlokk spiċċaw fi draw ta’ 1-1 liema riżultat ma kkuntenta li ħadd hekk kif fallew żewġ punti fit-tentattiv li jtemmu fl-ewwel żewġ postijiet.
Kienu Birkirkara li fetħu l-iskor proprju fl-ewwel periklu li ħolqu, fil-11-il minuta meta minn cross ta’ Gislain Yikpe mix-xellug, Lucas Lopez ikklerja qasir, b’Paul Mbong jgħaddi tajjeb lejn MAXUELL MAIA li permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ fix-xibka, b’dan ikun ikun id-19-il goal staġjonali tieghu.
Iżda dan il-goal ma ddemoralizzax lix-Xlukkajri … qasmu l-logħob mal-avversarji … u fit-28 minuta għamlu l-iskor indaqs permezz ta’ free-kick mill-isbaħ ta’ LEANDRO AGUIRRE li ma l-ebda ċans lill-goalkeeper Karkariż, Giacomo Volpe, isalva.
Birkirkara għamlu reazzjoni erba’ minuti wara, Shaun Dimech kellu x-xutt insidjuż tiegħu minn pożizzjoni ideali jiġi devjat f’corner.
Ix-Xlukkjari wieġbu fis-37 minuta meta Yuri De Jesus Messias temm ġirja tajba permezz ta’ xutt sabiħ li stampa mal-wieqfa.
Huma komplew jiddettaw il-logħob u fil-45 minuta corner dirett ta’ Aguirre għal ftit ma ħasadx lil Volpe, bil-ballun jintemm fuq is-saqaf tax- xibka.
Fl-64 minuta, Marsaxlokk resqu viċin li jaqilbu l-iskor favur tagħhom iżda xutt ta’ Yuri De Jesus Messias minn pożizzjoni ideali għadda ftit għoli.
Fil-71 minuta, il-coach ta’ Marsaxlokk, Vincenzo Potenza, kellu jeffettwa sostituzzjoni sfurzata meta weġġa’ l-goalkeeper, Federico Marchetti, biex minfloku daħal jilgħab Matthew Calleja Cremona.
Fid-79 minuta, xutt mid-distanza ta’ Paul Mbong spiċċa barra. Din kienet l-aħħar azzjoni biż-żewġ goalkeepers ma jkunux impenjati.
BIRKIRKARA: 1-Giacomo Volpe, 3-Ignacio Manuel Morello, 5-Agustin Sandona, 8-Paul Mbong, 10-Shaun Dimech (30-Nathan Cross 81), 13-Tomislav Papazov (6-Pablo Leonel Gaitan 80), 13-Leandro Lautaro Lacunza, 24-Neil Micallef, 27-Alessandro Coppola, 91-Maxuell Maia, 93-Gislain Yikpe (7-Alex Da Paixao Alves 57) – Coach: Stefano De Angelis
MARSAXLOKK: 83-Federico Marchetti (1-Matthew Calleja Cremona 71), 4-Karl Micallef, 5-Jorge Ailton Soares (20-Martin Adamec 90), 6-Nikolai Muscat, 10-Yuri De Jesus Messias, 14-Juan Carlos Corbalan (3-Duvan Torres 90), 22-Lucas Emamnuel Lopez, 23-Alex De Aguilar Gomes, 24-Enmy Manuel Pena Beltre (11-Duane Bonnici 65), 27-Leandro Aguirre, Ryan Scicluna – Coach: Vincenzo Potenza
REFEREE: Philip Farrugia
ASS. REFEREES: Duncan Sultana, Robert Curtis
RABA’ UFF: Trustin Farrugia Cann
SKORERS: M. Maia 19 (B), L. Aguirre 28 (M)
AMMONITI: N. Muscat, R. Scicluna, D. Bonnici (M), S. Dimech, T. Papazov, M. Maia (B)