Balzan ……….2
Sliema W. …..3
Minn Cristian Muscat
Sliema Wanderers irritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Balzan bl-iskor ta’ 3-2.
Wara tliet telfiet konsekuttivi, b’din ir-rebħa l-Wanderers fetħu tama ġdida li jikkwalifikaw mat-Top Six hekk kif is-sitwazzjoni qed tikkompla ruħha fejn hemm sitt timijiet li qed jissieltu biex itemmu fil-kategorija tal-elite.
Min-naħa l-oħra, b’din it-telfa Balzan baqgħu fil-post ta’ qabel l-aħħar.
Kienu Sliema li ħolqu l-ewwel periklu wara ħames minuti meta Vito Plut kellu x-xutt tiegħu salvat mill-goalkeeper ta’ Balzan, Danilo Golovic.
Fis-17-il minuta, il-Wanderers fetħu l-iskor meta Mohamed Awad xeħet cross li sab lil VITO PLUT lil permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ ġewwa.
Fit-23 minuta, Marko Bacanin għal Balzan kellu xutt dijagonali li ntemm barra.
Fl-34 minuta, Sliema rduppjaw meta Steve Pisani indirizza cross lejn VITO PLUT li kellu daqqa ta’ ras mill-isbaħ mill-viċin tintemm fix-xibka.
Wara l-mistrieħ, Sliema komplew fuq l-offensiva meta Maksym Priadun qabeż tajjeb lil Marcus Grima, qabel kellu xutt ċentrali salvat tajjeb minn Golovic.
Fit-52 minuta, Awad xeħet cross lejn Plut li kellu x-xutt mill-ewwel tiegħu jgħaddi ftit għoli.
Sliema skorjaw it-tielet goal mas-siegħa logħob meta Plut għadda tajjeb lejn ADAM MAGRI OVEREND li mill-viċin tefa’ ġewwa u lill-Wanderers f’vantaġġ komdu.
Madankollu fil-81 minuta, Balzan ingħataw penalty meta Dimeji Awosanya twaqqa’ fil-kaxxa minn Tedo Kikabidze. Mill-11-il metru inkariga ruħu TRISTON CARUANA li ma żbaljax.
Balżan żammew l-inizjattiva u fit-92 minuta skorjaw it-tieni goal meta Benjamin Hili xeħet cross sabiħ lejn is-sostitut GIANLUCA CACCIATORE li mill-viċin tefa’ ġewwa, biex skorja l-ewwel goal tiegħu bil-flokk ta’ Balzan.
BALZAN: 99-Danilo Golovic, 2-Nemanja Kerkez (9-Isaac Westendorf 40), 5-Samir Arab, Triston Caruana, Jan Busuttil (22-Jake Grech 62), Benajmin Hili, Dimeji Awosanya, Henri Braham Stanic, Luka Lukovic (6-Marcus Grima 46), Victor Blasco (18-Luka Jankovic 62), Marko Bacanin (19-Gianluca Cacciatore 77) – Coach: Andrew Cohen
SLIEMA W.: 12-Kelvin Emeka Agu, 2-Jean Borg, 7-Adam Magri Overend (5-Neil Frendo 71), 9-Vito Plut (21-Kyrian Nwoko 79), 10-Maksym Priadum, 11-Myles Beerman, 15-Gustavo Alcino (79 S. Kone), 20-Wescley, 42-Simon Zibo (27-Tedo Kikabidze 71), 70-Steve Pisani (8-Edmond Aguis 71), 77-Mohamed Awad – Coach: Paul Zammit
REFEREE: Glen Tonna
ASS. REFEREES: Jurgen Spiteri, Mitchell Scerri
RABA’ UFF: Emanuel Grech
SKORERS: V. Plut 17, 34, A. Magri Overend 59 (S), T. Caruana pen. 81, G. Cacciatore 92 (B)
AMMONITI: L. Jankovic (B)