Thursday, December 19, 2024

Ingliża tagħlaq il-lukanda tagħha għat-turisti biex tagħti kenn lil xi Ukreni li sfaw refuġjati

Mandy Cilia
Mandy Cilia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Nitsa Michael, Ingliża ta’ 84 sena li hija sid ta’ lukanda, laqgħet 22 Ukren/a fil-lukanda tagħha u tathom saqaf fuq rashom. Hija mhux qed tieħu bookings għat-turisti, lanqas fl-aktar staġuni biżlin. 

Hija qalet li meta l-familja tagħha kellha taħrab minn Ċipru minħabba l-invażjoni tat-Turkija fl-1974, kienu ltaqgħu ma’ ħafna problemi u s-sitwazzjoni xejn ma kienet faċli. Għalhekk xtaqet tgħin lil dawn in-nies li qed jgħaddu mill-istess biża’ li darba għaddiet minnha hi. 

Kompliet tgħid li kienet ilha tħossha mdejqa minħabba dawn in-nies li qed ikollhom jaħarbu minn pajjiżhom u kien f’dak il-mument li ġietha din l-idea biex hi wkoll tkun qiegħda tgħin. 

Lil dawn it-22 Ukren/a tipprovdilhom l-ikel kif ukoll tieħu ħsieb il-bżonnijiet tagħhom. Il-fatt li tara lil dawn in-nies miġbura flimkien u kuntenti jagħmilha tassew ferħana. 

Waħda mir-refuġjati, Yuliia ta’ 31 sena, li qed tgħix f’din il-lukanda flimkien mar-raġel tagħha qalet li f’din il-lukanda ma jonqosha xejn; saħansitra pprovdewlha telefown biex tkun tista’ ċċempel lill-familjari tagħha li għadhom fl-Ukrajna. 

Ekonomija

Sport