Friday, April 26, 2024

Ingliża tinħeles mill-arrest wara li ġiet mixlija li kkaġunat ġrieħi lil Pulizija

Aqra wkoll

Ingliża ta’ 48 sena residenti Pembroke ġiet akkużata quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Ian Farrugia talli nhar l-1 ta’ Mejju, 2020, fl-Għassa tal-Pulizija ta’ San Ġiljan, attakat u għamlet rezistenza bi vjolenza li kkaġunat ġrieħi ħfief fuq uffiċjal tal-Pulizija, kif ukoll kisret l-bon ordni u l-paċi pubblika.

Il-mara wieġbet mhux ħatja tal-akkużi miġjuba fil-konfront tagħha u ngħatat il-ħelsien mill-arrest. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Joseph Xerri mid-Distrett ta’ San Ġiljan. 

Sport