Saturday, May 4, 2024

Spanja taqbad bastiment b’tagħbija ta’ $165 miljun f’kokaina konnessa mal-President tal-Venezwela Maduro

Aqra wkoll

L-Istati Uniti kkonfermaw li matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet ikkonfiskaw qabda ta’ kokaina ’l barra mill-kosta Spanjola li hija konnessa ma’ membri tar-reġim tal-President Venezwelan Nicolas Maduro. 

Il-militar interċetta l-kunsinja ta’ droga wara li rċieva informazzjoni mill-Aġenzija għall-Infurzar tad-Droga (DEA), il-Pulizija Nazzjonali Kolombjana, u l-Aġenzija Nazzjonali Kontra l-Kriminalità tar-Renju Unit. Id-droga nstabet abbord il-bastiment Karar, li kien telaq mill-Panama u hija stamata li tlaħħaq mal-erba tunellati, u għandha valur fis-suq ta’ $165 miljun.

Il-bastiment, li kien qed itajjar il-bandiera tat-Togo kien mistenni li jidħol fil-port ta’ Vigo, iżda kien interċettat aktar minn 300 mil ’il barra mill-kosta ta’ Galicia, komunità awtonoma fi Spanja.

Il-15-il membru tal-ekwipaġġ li kienu abbord il-bastiment – li fil-biċċa l-kbira tagħhom kienu mill-Bagladesh u n-Nepal – ġew arrestati flimkien ma’ 13-il persuna oħra, f’dik li hija kkunsidrata bħala daqqa ta’ ħarta għal grupp kriminali ta’ traffikar tad-droga f’Galicia, li allegatament huwa mmexxi mill-baruni tad-droga Juan Carlos Santorum.

L-awtoritajiet Spanjoli kkonfiskaw ukoll diversi muturi u speedboatds minn imħażen li kienu kkontrollati mill-grupp kriminali. Uħud mill-imħażen kienu jinsabu fil-Portugall.

Skont il-ġurnal Kolombjan “El Tiempo”, id-droga ntbagħtet minn grupp ta’ traffikar ta’ droga fil-Kolombja.

L-Istati Uniti intant qed tfittex li tarresta lil Maduro u lil membri oħrajn tar-reġim tiegħu talli għenu lil organizzazzjonijiet kriminali Kolombjani u lill-grupp tar-ribelli FARC jittraffikaw mill-inqas 250 tunellata ta’ kokaina lejn l-Istati Uniti matul kważi 20 sena.

Sport