Sunday, December 22, 2024

INĦALLU F’IDEJN BERNARD GRECH…?

Aqra wkoll

F’diskors li għamel ftit tal-jiem ilu, b’referenza speċifika għallElezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’Ġunju li ġej, il-Kap talOppożizzjoni Bernard Grech, qalilna
biex wara dawn l-elezzjonijiet inħallu f’idejh. Jiġifieri li l-poplu għandu jħalli f’idejh ikun xi jkun ir-riżultat tal-elezzjoni. Iżda ma taniex raġuni waħda għaliex il-poplu għandu jħalli f’idejn Bernard Grech u l-Partit Nazzjonalista?

Il-PN u l-kap tiegħu ilhom żmien mhux ħażin jiftaħru bil-legat tagħhom fil-gvern, bħal donnu li f’dawk is-snin ta’ tmexxija Nazzjonalista, f’pajjiżna kollox kien ward u żahar u miexi fuq ir-rubini u kulħadd kien ferħan u kuntent.

Għandna nħallu f’idejn Bernard Grech meta kien il-partit tiegħu stess li ġab tbatija fuq il-poplu tagħna meta vvota bil-qalb biex jogħlew il-kontijiet tal-elettriku u
l-ilma għal kulħadd, anki għal dawk bi dħul baxx. Il-Kap tal-Oppożizzjoni t’issa jidher li huwa wkoll għandu l-istess ħsieb meta kkonferma li l-prezzijiet, la jogħlew minn barra iridu jogħlew f’pajjiżna wkoll.

Possibbli ma ftakarx Bernard Grech li tul 25 sena sħaħ ta’ gvern Nazzjonalista, il-pensjonjijiet kollha kienu fil-friża u ma żdidux lanqas b’ċenteżmu wieħed, għajr bl-aġġustament ta’ 2 minn 3 għall-għoli tal-ħajja.

Forsi l-Kap tal-Oppożizzjoni nesa wkoll jew ma riedx jiftakar li fi żmien gvern immexxi mill-PN, ilħaddiem kien jitkarrab għax-xogħol u mhux bħal-lum meta x-xogħol qed jitkarrab għall-ħaddiema. Tant hu hekk li tul f’dawk is-snin kollha,
il-figura tal-qagħd f’pajjiżna qatt ma kienet taħt it-8,000 ħaddiem bla xogħol. Illum, għax żdied ix-xogħol dawk li jgħixu fuq ilbenfiċċji soċjali naqsu drastikament.

Il-poplu Malti jaf jagħmel il-paraguni. Jaf jiddistingwi bejn is-snin ta’ tmexxija Nazzjonalista u tmexxija Laburista u żgur japprezza li llum qed jgħix aħjar milli kien 11-il sena ilu.

Imma l-Kap tal-Oppożizzjoni, bħal l-għarnuq proverbjali li jdeffes rasu fir-ramel biex ma jarax ir-realtà, iridna nħallu f’idejh dan il-ġid kollu li minnu qed igawdi kulħadd. Allaħares il-poplu Malti u Għawdxi kellu jisma minn dak li qed jgħid
Bernard Grech u jieħu l-parir tiegħu u jħalli f’idejh.

Żgur imma li l-poplu ma jistax iħalli f’idejn Bernard Grech il-governanza tajba u s-saltna tad-dritt meta nafu li l-PN taħt Bernard Grech ilu għal dawn l-aħħar tliet
snin ma jippubblika il-kontijiet tiegħu bi ksur sfaċċat tal-liġi dwar il-finanzjament tal-partiti.

Quddiem dak kollu li qed jgħid, ħadd mhu se jieħu lil Bernard Grech bis-serjetà. U dan jixduh l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika, li wieħed wara l-ieħor, dejjem jikkonfermaw distakki enormi favur il-Partit Laburista, mhux biss bejn iż-żewġ partiti imma anki bejn iż-żewġ mexxejja.

Fuq kollox, jekk il-Kap tal-Oppożizzjoni u l-partit li suppost imexxi mhux se jibdlu r-rotta li qabdu se jibqgħu destinati għal snin twal oħra fuq is-siġġijiet tal-Oppożizzjoni. Għax biex il-PN ikun kredibbli għandu qabel kollox jinża
mill-arroganza li ħakmitu. Imbagħad ikun jista’ jitwemmen f’dak li
jgħid u jagħmel.

Ekonomija

Sport