Inter qed isegwu b’attenzjoni l-progress tal-attakkant ta’ Bologna Santiago Castro. Hekk kif Joaquin Correa u Marko Arnautovic se jħallu lin-Nerazzurri, id-diriġenti tal-klabb qed jaħsbu għal xi sostitut u Castro jaf ikun is-soluzzjoni. Hu qed ikun fundamentali għal Bologna kemm fl-istaġun li għadda kif ukoll dak kurrenti fejn anke skorja ħames gowls f’24 logħba.
Il-kowċ Simone Inzaghi jogħġbu ħafna l-istil ta’ dan il-plejer u jridu miegħu sa minn Jannar.