Monday, May 13, 2024

Inter Miami jirbħu mingħajr Lionel Messi

Aqra wkoll

Minkejja li Inter Miami jinsabu mingħajr l-istilla tagħhom Lionel Messi li hu impenjat mat-tim nazzjonali Arġentin, huma xorta kienu tajbin biżżejjed sabiex jegħlbu lil Sporting Kansas City bl-iskor ta’ 3-2.

Protagonista għat-tim minn Miami kien l-eks attakkant ta’ Wolverhampton Wanderers li kien awtur ta’ doppjetta b’Facundo Farias iżid ieħor lejn l-aħħar.

F’aktar logħbiet, Los Angeles FC sfaw megħluba minn Portland 2-0 filwaqt li New England Revolution u Minnesota spiċċaw fi draw ta’ 1-1. Finalment, DC United u San Jose Earthquakes temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ta’ mingħajr gowls. 

Sport