Monday, September 23, 2024

Inter mistennija jneħħu lil Marko Arnautovic

Aqra wkoll

Inter jistgħu jneħħu lill-attakkant Awstrijak Marko Arnautovic li min-naħa tiegħu jista’ jmur jilgħab fis-Serbja ma’ Red Star Belgrade. Dawn tal-aħħar qed ifittxu attakkant ta’ livell internazzjonali u proprju Arnautovic jista’ jkun ideali.

Fl-istaġun 2023/24, Arnautovic lagħab 34 logħba man-Nerazzurri u skorja seba’ gowls. Fil-karriera tiegħu lagħab 145 logħba ma’ Stoke City, 84 logħba ma’ Werder Bremen, 65 partita ma’ West Ham United, 59 partita ma’ Twente, 58 partita ma’ Bologna u 39 logħba oħra ma’ Shangai SIPG.

Sport