Saturday, November 16, 2024

Inter, PSG u Atletico Madrid aktarx jikkanċellaw it-tour tal-pre-seaon fiċ-Ċina

Aqra wkoll

Inter, Paris Saint-Germain u Atletico Mad­rid jistgħu jkunu sfurzati biex jikkanċellaw tour tas-sajf tal-pre-season, ippjanat fiċ-Ċina, wara rapporti li l-organizzaturi lo­kali naqsu milli jħallsu l-kuntratti tagħ­hom.

Kien intenzjonat li jkun hemm numru ta’ logħbiet ta’ ħbiberija, inkluż fil-belt ta’ Chengdu, lejn l-aħħar ta’ Lulju.

Timijiet oħra involuti fil-logħob kienu maħsuba biex jinkludu lil dawn it-tliet timijiet, iżda kollha jistgħu jkunu f’dubju serju issa.

Skond il-media Spanjola, l-organizzaturi lokali għadhom ma ħallsux il-flus imwiegħda għal dan it-tour u hemm dubji serji jekk dan huwiex se jsir.

Din mhux se tkun l-ewwel darba li tours tal-pre-season lejn dan il-pajjiż ġew ikkanċellati. Fis-sena li għaddiet, it-team naz­zjonali tal-Arġentina ħassar iż-żewġ logħ­biet tiegħu u minflok spiċċa jilgħab fl-Istati Uniti.

Barra minn hekk issa huwa mprobabbli li Inter imorru fiċ-Ċina għall-pre-season tagħ­hom  hekk kif il-proprjetarji Ċiniżi, Suning, m’għadhomx fit-tmexxija tal-club wara li tilfu l-kontroll assolut wara  naqsu milli jħallsu lura is-self li kien jammonta għal €385 miljun  inkluż l-imgħax lill-fond Amerikan Oak­tree.  

Ekonomija

Sport